It-tieni Jum tal-Kapitlu Provinċjali

It-tieni jum tal-Kapitlu Provinċjali beda biċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija preseduta mill-Provinċjal P. Ġorġ Żammit. Il-Provinċjal saħaq fuq il-fatt li Alla l-Imbierek għandu jkun il-prijorità tà ħajjitna u dan irid jidher fil-mod kif ngħixu il-Fraternità. Il-Provinċjal sostna li aħna, bħala Ordni li għadna il-Fraternità bħala element essenzjali tal-għixien tal-Kariżma tagħna, irridu nħossu flimkien. Il-Provinċjal qal li s- suċċess ta’ patri huwa s-suċċess tal-fraternità u l-falliment tal-patri huwa l-falliment tal-fraternità.

Wara ċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika, kien imiss lil Patri Stephen Borg u Patri Mario Sant biex jippreżentaw il-ħidma tagħhom fl-isptarijiet tà Londra mal-pazjenti u qraba tagħhom maltin. Patri Colin Sammut u Patri Sebastian Vadakkekattezhathu ppreżentaw il-ħidma tal-Uffiċċju Missjunarju Franġiskan, filwaqt P. Paul Darmanin qasam mal-assemblea l-ħidma kollha tal-kumpless taċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni (ĊAK). Ġiet preżentata ukoll relazzjoni dwar is-sostentament ekonomiku tal-Provinċja. Il-Kappillani preżentaw relazzjoni dwar il-ħidma fi tlett parroċċi tagħna, bis-sabiħ u l-isfidi li jġibu magħhom dawn l-ambjenti pastorali. 

Kif isir wara kull preżentazzjoni, il-patrijiet preżenti għall-kapitlu kellhom ħin għall-klarifiċi u mistoqsijiet.

Temmejna it-tieni jum tà ħidma bit-talba tal-Għasar. 

 

 

Għafas fuq l-istampa għar-riflessjoni

fuq il-Vangelu tal-Ħadd 

 

 

 

 

  

Contatti

Animatur Vokazzjonali 79306338
hidmasejhafrangiskana@gmail.com