Ħames pilastri tal-ispiritwalita' ta' San Franġisk

L-INKARNAZZJONI (Alla jsir bniedem) – Franġisk t’ Assisi jħares lejn il-Milied bħala t-tixjin ta’ Ġesu; u l-veru faqar ta’ Alla. Kien jixtieq jimxi wara Ġesu’ fi triq tal-Vanġelu b’qalbu kollha. Ried ikun fqir biex ikun bħal Ġesu’ il-fqir.

IL-PASSJONI – Franġisk jingħaqad ma’ Alla bl-ubbidjenza, l-imħabba li ssir sagrifiċċju. Din l-imħabba hi Kristu Msallab. Franġisk ma jitfax l-attenzjoni fuq it-tbatija ta’ Ġesu’, imma l-imħabba mimlija passjoni li waslitu sa fuq is-salib.

L-EWKARISTIJA – Il-faqar ta’ Kristu jidher ukoll fis-sura tal-ħobż u l-inbid. Hi imħabba mogħtija b’xejn lil kulħadd. Franġisk qatt ma waqaf iħeġġeġ lil ħutu biex ikollhom l-ogħla rispett u qima lejn il-preżenza reali, imma moħbija ta’ Kristu fl-Ewkaristija.

L-ISKRITTURA – Il-Mulej imqajjem mill-mewt jinsab fil-Kotba Mqaddsa. Franġisk kien jemmen li meta niltaqaw ma’ Kristu fil-Kelma dmirna hu li imbgħad ngħaddu għall-għemil.

MARIJA – Imsaħħar bil-qdusija ta’ Marija, Franġisk xtaq ikun dixxiplu perfett bħalha. Bħal Omm Kristu, Franġisk qal “Iva” għall-pjani ta’ Alla u ġar lil Kristu fil-persuna tiegħu. Huwa tħabat biex iwelled il-preżenza ta’ Kristu fid-dinja u jagħraf dik il-preżenza fl-oħrajn. 

 

 

Għafas fuq l-istampa għar-riflessjoni

fuq il-Vangelu tal-Ħadd 

 

 

 

 

  

Contatti

Animatur Vokazzjonali 79306338
hidmasejhafrangiskana@gmail.com