L-Appostli Filippu u Ġakbu

Ma kienux Franġiskani Konventwali imma għandhom midfunin. Infatti il-qaddisin Appostli FIlippu u Ġakbu jinsabu midfuna fil-Kripta tal-Bażilika tat-12-il Appostlu ġewwa Ruma li hija afdata lill-Minuri Konventwali. FIl-5 t'April li għadda il-fdalijiet ta' dawn iż-żewġ appostli ġew eżumati u ser jkunu esposti għal-qima tar-Rumani, propju mill-lum 3 ta' Mejju, jum il-Festa tagħhom f'din l-istess bażilika. 
 
Qaddisin Filippu u Ġakbu
Itolbu għalina