L-Effetti tal-Ħniena

 
Ninsabu fis-sena tal-Ħniena. Franġisku jgħidilna li l-imħabba li nagħtu lil min hu b'xi mod mġarrab minħabba l-mard għandha effett partikolari fuq min jagħmel l-opra tal-ħniena. Ejjew nħallu lilu stess jgħidilna fiex ssarfet l-opra tal-ħniena li għamel hu: 
 
Il-Mulej ta lili, Fra Franġisk, il-grazzja li nibda nagħmel penitenza b’dan il-modMeta jien kont għadni ngħix fid-dnub, id-dehra tal-­lebbrużi kienet għalija wisq morra.  U l-Mulej innifsu mexxieni f’nofshom, u jiena wrejt ħniena magħhom. U wara li ħallejthom, dak li qabel deherli li kien morr, inbidel  fi ħlewwa għar-ruħ u għall-ġisem. U wara li qgħadt nitlajja ftit, ħallejt id-dinja.
San Franġisk t' Assisi, Testment 

 

Għafas fuq l-istampa għar-riflessjoni

fuq il-Vangelu tal-Ħadd 

 

 

 

 

  

Contatti

Animatur Vokazzjonali 79306338
hidmasejhafrangiskana@gmail.com