Minn kriminal għal saċerdot...

Illum Daniel Marie huwa Saċerdot Franġiskan Konventwal ta’ 59 sena. Huwa il-Gwardjan (superjur) tal-kunvent ta’ Sant’ Antnin (www.saintantoine.info) tal-Franġiskani Konventwali fi Brussel. Illum saċerdot, fil-passat kien ‘l bogħod minn Alla. Kien Komunista, kien dipendendenti fuq id-drogi u kriminal. Ħaseb ukoll li jagħmel suwiċidju.

Darba fetaħ il-Bibbja u fehem li Alla kien qed ikellem lilu. Fl-aħħar sab postu fost il-Franġiskani Konventwali.

Wild ta’ familja tajba

Daniel Marie twieled fl-1957, ġo familja Kattolika, imma fi tfulija tiegħu Alla ma kienx preżenti. Kien attiv ħafna f’organizzazjoni Komunista Rivoluzjonarja fi tfittxija għall-ideal tal-ġustizzja: “L-għeruq tiegħi kienu nsara, kont inħobb lill-oħrajn u kont infittex il-ġustizzja, imma ma kellix direzzjoni”. Ġesu’ Kristu kien għalih figura inutli u astratta. Il-ħajja ta’ Daniel kienet ibbażżata fuq sess bla rażan u vjolenza. Mill-joints għadda għall-eroina. Kien jirnexxielu jġib il-flus billi jisraq, sal-punt li wasal jidħol ġo bank b’arma tan-nar biex jisraq. Il-pulizija fittxewh u għalhekk ħarab lejn l-Italja b’ta fuqu senduqu.

F’Ġenova kien jorqod fuq bank ġo ġnien. Kien hemm li ħaseb li jneħħi ħajtu b’idejh. “F’mument l-Ispirtu ta’ Alla dawwalni. Fhimt li l-messaġġi tas-soċjeta’ konsumista kienu għebu għalija. U ħsibt: ‘Issa x’ser nagħmel bija nniffsi’? Dan kien il-mument tal-ħelsien tiegħi”, jirrakonta P. Daniel. 

F’Milan kien imur ibiegħ dar dar prodotti illegali. “In-nies li kont immur għandhom kienu jitkellmu miegħi”. Dan kien ta’ inkuraġġament għal Daniel għax almemu kien iħossu preżenti għal xi ħadd, kien iħoss li jeżisti, u li xi ħadd kien jinkwieta għalih.

Il-mument tal-bidla

Il-bidla ta’ Daniel seħħet fl-Umbria. Hemm induna li kien jonqsu kollox. “Sibt fuq fommi il-kliem tal-parabbola tal-Iben il-Ħali: ‘m’għandi xejn’”. Il-Missier weġibni: “Daniel, trid xogħol? Mur hemm”.

‘Hemm’ kienet id-dar ta’ wieħed li kien jkabbar it-tabakk, li tah xogħol u dar fejn joqgħod. Daniel jiddeskrivi dik id-dar bħala: “Il-Providenza”. “Għalija Alla, kien dik id-Dar”.

“F’dak iż-zmien l-Ispirtu ta’ Alla nissel fija x-xewqa li niftaħ il-Bibbja fejn ġie ġie. Hekk għamilt. Qrajt: ‘Jien t-Triq, il-Verita’ u il-Ħajja’. Hawn sibt ir-risposta li tant kont qed nfittex. Wara snin iddeċidejt li nerġa nibda mmur il-Quddies”. Għal Daniel dik kienet “L-isbaħ quddiesa fid-dinja kollha”. Għalhekk Daniel illum iħossu grat ħafna lejn Alla: “Irrid nixhed il- Mirabilia Dei (mill-latin il-meravilji ta’ Alla), dak li hu għamel miegħi fil-ħajja ta’ dnub tiegħi”.

Wara dan xtaq jgħaddi xi żmien f’monasteru. Ħabib tiegħu “jiekol il-qassisin”, espert tal-okkult, sablu numru tat-telefon ta’ xi patrijiet esperti fil-grafologija (l-arti/xjenza li tistudja l-personalita’ tal-individwi mil-kitba tagħhom). Kien kunvent tal-franġiskani viċin Assisi. F’dawn il-patrijiet ra nies normali, “irġiel bħali”. Induna li nies bħal dawn kien qed ifittex. “Ħassejt is-Sejħa ta’ Alla, il-patrijiet qablu li jżommuni magħhom u żammew il-ħaġa sigrieta għal ħames snin, għax kienu indunaw li kienet opra ta’ Alla”.

Id-Dar ta’ Alla

Illum fi Brussel Daniel jagħmel parti minn komunita’ żgħira ta’ sitt patrijiet Franġiskani Minuri Konventwali, fil-Kunvent ta’ Sant’ Antnin, li jinsab f’żona multi-kulturali u multi-reliġjuża ta’ Molenbeek. Il-patrijiet istabillixxew ruħhom f’din iż-żona fuq ix-xewqa tas-Superjur Ġenerali tal-Ordni tlett snin ilu.

Mill-bidu l-Kunvent ta’ Sant’Antnin stabilixxa ruħu bħala lok ta’ għajnuna: kull nhar ta’ Tlieta il-patrijiet flimkien mal-voluntarji iqassmu l-ikel f’din iż-żona b’maġġoranza musulmana. Wara l-attakki terroristiċi ta Molenbeek jitolbu flimkien it-talba Franġiskana ta’ San Franġisk t’Assisi għal paċi: ‘Mulej għamilni strument tal-paċi tiegħek’. “Mindu bdejna nitolbu din it-talba flimkien tinħass iktar serenita’ u sens ta’ fratellanza” irrakonta Fra Jack Mardesic, ta’ oriġini Awstraljana, li jieħu ħsieb it-talb.

Huma magħrufa bħala: “Id-Dar ta’Alla tal-aqwa sitta”. Il-membri tagħha huma sitt patrijiet żgħażagħ Franġiskani Konventwali minn pajjiżi differenti. Qabel ma waslu huma il-quddies il-Ħadd kienu jmorru daqs tletin ruħ, illum erba’ mija! “L-aqwa sitta” jafu sewwa l-uman, il-feriti u l-kontraddizzjonijiet tiegħu u għamlu esperjenza ta’ Ġesu’ fil-ħajja tagħhom. Eżempju huwa Benjamin, franċiż, mill-istess raħal ta’ Daniel: Kien jaf lil Daniel meta kien żgħir, Daniel ħalla impressjoni fuqu, kiber u mar ifittxu. Benjamin kien jgħix fi stat ta’ ħajja diffiċli; missieru u ommu separati, ittrasferixxa ruħu ma ‘ missieru marid u bi problemi tal-alkahol. Minħabba f’hekk Benjamin spiċċa vittma ta’ droġa u waqa’ f’deprexxin. Mar ifittex lil Daniel. Sabu il-kunvent u għalih fisser li “sibt lil Ġesu’ Kristu fil-persuna ta’ Daniel”.

Il-Kunvent ta’ Sant’ Antnin huwa post ħaj, post li fih il-patrijiet jiddjalogaw ma’ kulħadd u jagħtu risposta nisranija. Dan huwa dak li Marco Tasca il-Ministru Ġeneral tal-Ordni tal-Minuri Konventwali ried: “Noħolqu preżenza ġdida Franġiskana, preżenza friska fil-qalba tal-Ewropa”. Hija preżenża li tiġbed lil kulħadd, li toffri proposta ta’ mixja liż-żgħażagħ, li toffri akkoljenza lil kuħadd, anke lill-musulmani.

Din hi s-sbuħija tal-ħajja nisranija! Ixxennaq għaliha int ukoll! 

 

 

 

Għafas fuq l-istampa għar-riflessjoni

fuq il-Vangelu tal-Ħadd 

 

 

 

 

  

Contatti

Animatur Vokazzjonali 79306338
hidmasejhafrangiskana@gmail.com