Papa Franġisku jitlob fuq il-Qabar ta' San Franġisk t' Assisi

  Papa Franġisku permezz ta' Tablet, il-Ħamis 2 ta' Mejju talab fuq il-Qabar ta' San Franġisk t' Assisi.

"O San Franġisk t' Assisi, interċedi għall-paċi fi qlubna".

Il-Qabar ta' San Franġisk huwa online 24 siegħa kuljum. Il-Papa waqt il-vista li għamillu il-Ġeneral tal-Patrijiet Minuri Konventwali , Patri Marco Tasca OFM Conv ikkollega fis-sit www.sanfrancesco.org u talab lil San Franġisk.

"Itolbu għalija u għidu lin-nies jitolbu għalija"

qal il-Papa lil Ġeneral tal-Konventwali u lil Patri Mauro Gambetti OFM Conv kustodju tal-Bażilika ta' San Franġisk t' Assisi. 

Patri Marco Tasca qal li il-Papa beħsiebu jmur Assisi u bierek lil Patrijiet Franġiskani Konventwali kollha fil-persuna tiegħu. 

 


 

 

Għafas fuq l-istampa għar-riflessjoni

fuq il-Vangelu tal-Ħadd 

 

 

 

 

  

Contatti

Animatur Vokazzjonali 79306338
hidmasejhafrangiskana@gmail.com