San Frangisk u l-Ewkaristija

L-Ewkaristija xmara ta' mhabba ghal San Frangisk

 

Jekk inharsu ftit lejn il-hajja ta' San Frangisk mill-ewwel nindunaw bid-devozzjoni kbira li kellu lejn l-Ewkaristija, li ghalih kienet il-qofol ta' hajtu. L-Ewkaristija kienet ghal San Frangisk ir-ruh tad-devozzjoni tieghu.

 

Kull darba li Frangisku kien jitkellem minn Gesù, hsiebu kien immur dritt lejn l-Ewkaristija. L-attività ta' hajtu, l-imhabba, l-qadi u l-imitazzjoni ta' Kristu, kienu mimlijin hajja minhabba li kellhom bhala oggett taghhom mhux il-Mulej li jinsab imbieghed fl-ispazju u z-zmien, imma Gesù prezenti fid-dinja, ghax qieghed fl-Ewkaristija.

 

Il-qima u l-imhabba li San Frangisk kellu lejn dan is-sagrament ta' l-Ewkaristija kienu tant profondi li quddiem l-Ewkaristija kien jinxtehet f'adorazzjoni kbira bid-dmugh u tnehid, filwaqt li qalbu fl-ohla mhabba tinghaqad ma' Gesù. L-adorazzjoni ta' Gesù Ewkaristija, San Frangisk riedha ssir hekk kif wiehed jidhol il-Knisja. Hu kien itenni: "Nadurawk Sidna Gesù Kristu hawn u fil-knejjes kollha tieghek li hawn fid-dinja u nberkuk ghax bis-salib imqaddes tieghek fdejt id-dinja " (mit-Testment).

 

Ghal Frangisku, s-sagrament ta' l-Ewkaristija kien is-suggett l-aktar ghal qalbu. L-imhabba u l-ghaqda f' intimità l-aktar profonda li kellu ma' dan is-sagrament ta' l-Ewkaristija kienet haga ta' l-ghageb, li mohhu u qalbu kienu dejjem iccentrati fuq il-kobor ta' dan is-sagrament.

 

F'dan is-sagrament hekk nobbli u kbir, Frangisku jara lil Gesù fil-ghotja tieghu nnifsu, jara l-passjoni u l-mewt, flimkien ma' Gesù rebbieh, isaltan mal-Missier u ma' l-Ispirtu s-Santu. Ghalhekk jinsisti u jghid li kien ikun hazin ghalina, jekk fil-Gisem u d-Demm ikkonsagrati ma narawx lil Gesù, it-tieni persuna tat-TrinitàQaddisa. "Dawk kollha li raw i-Mulej Gesù fl-umanità tieghu, u ma rawx u lanqas emmnu fih skond l-ispirtu u divinità tieghU, li hu tabilhaqq l-Iben t'Alla, huma kkundannati" (mit-Twissjiet, 2).

 

San Frangisk kien jimtela b'ferh qaddis meta jitkellem fuq il-kobor ta' dan is-sagrament. Kien jintilef jimmedita u jahseb fuq dan is-sagrament u kien ilissen "O x'gholi tal-ghageb u x'ghageb ta' tbaxxija! O x'umiltù kbira! O x'kobor umli li s-Sid il-holqien kollu, Alla u Iben ta' Alla jcekken lilu nnifsu biex ghas-sahha taghna, jinheba taht ix-xbieha ta' farka hobz"! (mill-Ittra lill-Kapitlu Generali).

 

Il-fidi li l-fqajjar t'Assisi kellu lejn is-Sultan tal-glorja li sar Huna kienet tghinu u theggu biex ikun f'intimità kontinwa ma' dak Gesù li jinzel mit-tron reali tieghukuljum u jcekken lilu nnifsu. Meta Kristu kien fostna, l-fidi kienet mehtiega biex wiehed seta jara d-divinità tieghu, u issa, taht l-ispeci Ewkaristici, hi mehtiega fidi wisq aktar profonda, ghax dawn jostru fihom kemm id-divinità kif ukoll l-umanità li biha kien jidher meta kien fid-dinja.

 

San Frangisk jghaqqad ir-relazzjoni intima li tezisti bejn l-Ewkaristija u t-twettiq tal-misteru ta' l-Inkarnazzjoni. Jistqarr b'mod car il-migja ta' Gesù fostna, li bdiet fl-Inkarnazzjoni sal-mewt fuq is-salib u kuljum tiggedded fl-Ewkaristija. Kuljum allura, Gesù hu d-dehra u r-rivelazzjoni ta' l-imhabba tal-Missier ghalina. "Hekk ukoll jigri llum, kuljum jumilja ruhu bhal meta mit-tron irjali tieghU gie fi hdan il-Vergni. Kuljum infatti jigi ghandna f'sura tassew umli. Kuljum jinzel minn hdan il-Missier fuq l-altar f'idejn is-Sacerdot. U kif hu deher lill-appostli fil-Gisem veru, hekk l-istess illum Hu juri ruhu lilna fil-hobz imqaddes." (mit-Twissijiet) U hekk il-Mulej hu dejjem mal-fidili tieghu, kif hu stess ighid: "Araw jiena maghkom dejjem sa l-ahhar taz-zmien" (Mt 28,20).

 

Frangisku t'Assisi ma jonqosx li jenfasizza fuq il-htiega tal-fidi, dik il-fidi li trid twassalna biex nilqghu lil Gesù fl-Ewkaristija. Il-fidi li jitlob, hi dik li taghmilna ubbidjenti ghal dak kollu li johrog minn fomm Alla. Hekk biss u b'dawn is-sentimenti f'mohhna u f'qalbna, fl-ubbidjenza qaddisa u bil-qawwa kollha naslu biex nghixu r-realtà kollha ta' dan il-misteru hekk kbir. Imqanqal min din il-qima lejn l-Ewkaristija, hassu wisq indenn li jsir sacerdot. Lis-sacerdoti kien iqimhom, jobdihom u jirrispettahom minhabba d-dinjità taghhom. "Nifhmu sewwa lkoll kemm ahna", jikteb lill-Insara, "li hadd ma jista' jsalva jekk mhux bid-demm tal-Mulej taghna Gesù Kristu u bil-kliem qaddis tieghu, li s-sacerdoti jippriedkawlna, ihabbrulna u jqassmuha. U dan huma biss ghandhom jaghmluh u mhux haddiehor."

 

Kien juza kliem ta' hegga lill-ahwa sacerdoti u dejjem kien iwissihom dwar ir-responsabiltà kbira li kellhom lejn dan il-misteru hekk kbir ta' l-Ewkaristija. "Nitlob fil-Mulej lil huti kollha li huma sacerdoti, li ghad ikunu jew jixtiequ jkunu sacerdoti ta' l-Aktar Gholi: kull darba li jixtiequ jiccelebraw il-quddiesa, ifittxu li jkunu puri, u bis-safa u l-qima kollha joffru s-sagrificcju veru tal-Gisem u d-Demm tal-Mulej taghna Gesù Kristu, b'intenzjoni qaddisa u retta, joffruh mhux ghal xi qligh ta' din l-art, u lanqas minhabba xi biza' jew imhabba ta' xi bniedem, bhallikieku biex joghgbu lill-bnedmin. Bil-ghajnuna tal-grazzja ta' Alla, mexxu kull xewqa taghkom lejn Alla nnifsu, mxenqin biss li toghgbu lilu, ghax f'dan il-misteru hu wahdu jahdem kif joghgob lilu. Infatti, hu stess jghidilna: 'Aghmlu dan b'tifkira tieghi.' Ghalhekk, jekk xi hadd igib ruhu mod iehor, isir Guda ttraditur, u jkun hati tal-gisem u d-demm tal-Mulej. "

 

Kien jitkellem b'herga kbira dwar kif ghandhom jinzammu ndaf l-affarijiet ta' l-altar, u jwissi: "Dawk kollha Ghalhekk, li jaqdu dawn il-misteri l-aktar qaddisa, l-aktar dawk li jamministrawhom hazin, ha jidhlu fihom infushom u jaraw kemm qeghdin f'qaghda li tbikki l-kalcijiet, il-korporali u t-triehi li fuqhom jigi ssagrifikat il-Gisem u d-Demur tieghu. Dawn ghandhom ikunu ta' materjal prezzjuz. U huma hafna dawk li jhallu l-Ewkaristija f'postijiet mhux xieraq, igorruh fit-toroq b'mod li jgiblek hasra, jircevuha ndenjament, u jaghtuha bl-addocc, 'il min kien kien. U jekk issibu l-Gisem l-aktar qaddis tal-Mulej imqieghed f'xi post li ma jixraqlux, huma fid-dmir li jqeghduh f'post prezzjuz, kif tikkmanda l-Knisja u jkun imhares u maqful tajjeb. Ghandhom igorruh b'qima kbira u jqassmuhlill-ohrajn bl-akbar prudenza. Xi drabi wkoll anki l-ismijiet qaddisa u l-kliem miktub jintefghu taht is-saqajn u jitkazbru. Hi hasra kbira! Il-bniedem naturali ma jilqax il-hwejjeg ta' l-Ispirtu ta' Alla" (mill-Ittra lill-Kjerci). Sahaq hafna kontra l-injuranza u t-traskuragni, u ma naqasx li juza kliem iebes u jikkundanna lil dawk is-sacerdoti li ma jridux idahhlu dan kollu f'qalbhom.

 

Ghalhekk inhobbu lil Alla u nfittxu li nqimuh b'qalb safja u ruh nadifa. Hu, li jfittex dan qabel kollox, ighidilna: Il-veri aduraturi, ghad jaduraw lill Missier fl-Ispirtu u l-verità (Gw 4,23). Tabilhaqq, dawk kollha li jadurawh, jehtieg li jadurawh fl-ispirtu u l-verità. Ejjew infahhruh u nitolbuh lejl u nhar u nghidulu: Missierna li inti fis-smewwiet (Mt 6,9) ghax jehtieg nitolbu bla ma nieqfu gatt (Lq 18,1).

 

Fuq kollox il-kapacità li kellu Frangisku li jimmedita dan il-misteru tal-Hobz u l-Inbid, kienet gejja mill-faqar profond li kellu. Kien iddistakkat minn kollox u l-hin kollu fil-prezenza ta' Gesù li ghalih kien ta' gost u rikkezza. Kellu fervur kbir f'qalbu u mhabba kbira lejn l-Ewkaristija. Ghal Frangisku fqajjar u umli, l-Ewkaristija kienet ghalih ic-centru tad-dinja u l-hajja ta' kull bniedem.

 

Ghalhekk fit-tabernaklu Gesù hu l-haruf li gie maqtul u hu wkoll il-hobz li nizel mis-sema li jaghmel haga wahda lil dawk li jieklu minnu u li jibni u jsawwar "il-gisem mistiku", li hu l-Knisja. Kif Gesù dahal fid-dinja bil-hidma ta' l-Ispirtu s-Santu fil-guf ta' Marija Vergni, hekk jidhol fina fl-Ewkaristija: bil-Gisem u d-Demm u bid-Divinità tieghu. Hekk biss nistghu nsiru haga wahda mieghu, u tinghatalna l-qawwa li nfahhru u nroddu hajr lill-Missier.

 

 

Għafas fuq l-istampa għar-riflessjoni

fuq il-Vangelu tal-Ħadd 

 

 

 

 

  

Contatti

Animatur Vokazzjonali 79306338
hidmasejhafrangiskana@gmail.com