Id-dixxerniment isir parti minnek

Mad-daqqa t’għajn, il-metodu jista’ jidhrilna xi ftit ikkumplikat. Imma fil-fatt huwa prattiku ħafna u ħiereġ mill-esperjenza. Is-sigriet huwa li iktar ma wieħed jipprattikah, iktar il-metodu jissimplifika ruħu. Isir ­donnu second nature fil-persuna li tkun qed titħarreġ fl-arti tad-dixxerniment. Dan bħal min ikun qed jitgħallem il-kitarra:  għall-bidu jkollok bla ma trid tħares lejn fejn qed imorru s-swaba’ biex issibilhom il-korda li tkun tgħodd għalihom. Iżda billi kif jgħid il-qawl Ingliż, ‘Practice makes perfect’, il-prattika twasslek f’punt fejn tibda tħoss ir-ritmu fik, subgħajk jibdew jaqgħu f’posthom weħidhom u tiskopri li tista’ saħansitra ddoqq biċċa mużika b’għajnejk magħluqa!