2. Uża r-raġuni

Wara li nkunu tlabna lill-Ispirtu s-Santu biex idawwallna, ikun imiss li nagħmlu użu mill-fakultà tar-raġuni. F’din it-tieni tappa rridu nirraġunaw kemm nistgħu dwar l-għażliet li jkollna quddiemna. Dan nagħmluh billi niġbru t-tagħrif u l-informazzjoni kollha possibbli dwar iż-żewġ proposti li dwarhom irridu niddixxernu u nagħmlu lista tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ kull proposta. Meta jagħmel referenza għad-dilemma kbira li kellu San Franġisk dwar jekk isirx eremit jew inkella jibqax jgħix ħajja mħallta ta’ predikazzjoni u talb fit-tul, San Bonaventura jurina kif Franġisku wkoll beda jiżen l-vantaġġi u l-iżvantaġġi taż-żewġ toroq li kellu quddiemu. Per eżempju, skond Franġisku fit-talb “hemm aktar profitt u kotra ta’ grazzji … u hemm l-għaqda mal-uniku, veru u l-ogħla ġid” waqt li fil-predikazzjoni “l-moħħ jixxerred fuq ħafna ħwejjeġ.”[1] Mill-banda l-oħra, favur il-predikazzjoni Franġisku jġib l-argument li min jippriedka jkun qed jimita iktar mill-viċin lil Kristu li “biex isalva l-erwieħ niżel minn ħdan il-Missier … biex lill-bnedmin jgħidilhom il-kelma li ssalvahom.”[2]

[1] San Bonaventura, Il-Leġġenda Maġġuri, kap 12.

[2] Ibid.

 

 

Għafas fuq l-istampa għar-riflessjoni

fuq il-Vangelu tal-Ħadd 

 

 

 

 

  

Contatti

Animatur Vokazzjonali 79306338
hidmasejhafrangiskana@gmail.com