3. Itlob fuq kull proposta

Il-bniedem m’għandux biss moħħ imma wkoll qalb. Fil-Bibbja, il-kelma “qalb” ma tirreferix sempliċiment għal dak il-lok ċentrali min fejn joħorġu l-emozzjonijiet, ix-xewqat, il-burdati u l-passjonijiet tal-bniedem (Salm 13:3). Hija wkoll is-sede tal-ħsibijiet, ta’ l-għerf, ta’ l-intenzjonijiet u tad-deċiżjonijiet tal-bniedem (Mt 15:19). Fuq kollox, il-“qalb” hija l-imkien l-iktar profond fil-bniedem, il-post interjuri fejn il-Kelma ta’ Alla tinfed u tmiss, l-imkien fejn il-bniedem jitlaqa’ ma’ Alla, il-post fejn isseħħ il-konverżjoni (Atti 2:37).[1] Għalhekk, fit-tielet tappa tad-dixxerniment, “idħol fil-kamra tiegħek ta’ ġewwa, agħlaq il-bieb warajk, u itlob lil Missierek … li jara dak li hu fil-moħbi” (Mt 6:6). Fil-konkret dan ifisser li titlob fuq kull proposta u tara jekk din toħloqx konsolazzjoni jew deżolazzjoni f’qalbek. Jekk tesperjenza  ċerta paċi jew ħlewwa tar-ruħ, din tista’ tkun indikazzjoni li Alla jkun iridek tagħżel it-tali triq u mhux l-oħra.  

 

[1] Ara J. L. McKenzie, Dictionary of the Bible, Geoffrey Chapman, London – Dublin 1965, 343-344.

 

 

Għafas fuq l-istampa għar-riflessjoni

fuq il-Vangelu tal-Ħadd 

 

 

 

 

  

Contatti

Animatur Vokazzjonali 79306338
hidmasejhafrangiskana@gmail.com