30 Ħadd matul is-Sena

Malta qatt ma ġratli imma meta kont Ruma ġieli kont inkun qed nsuq u hekk kif nispiċċa quddiem xi traffic light, bla ma naf kif kont inħares lejn il-karozza li tkun waqfet maġenbi. Mhux darba jew tnejn, inzertajt rajt xi mara li sakemm jaqilbu d-dwal kienet issib ċans tagħmel il-make up, quddiem il-mera’ tal-Windscreen! Kont nispiċċa nħares jien ukoll lejn il-mera' biex nara dik l-għodwa kont ilħaqtx għamiltx xagħri. Li nkunu puliti u sbieħ hija xi ħaġa ta' min ifaħħarha.

Madanakollu, kultant ikollna l-impressjoni li ma' Alla rridu nagħmlu l-istess. U hekk għamel il-Fariżew f’din il-parabbola. Jmur biex jidher sabiħ quddiem l-Imgħallem. Jirranġa xagħru sabiex jidher ħelu. Imur quddiemu biex l-Imgħallem jgħidlu: “illajs kemm inti tajjeb”! Però, forsi mingħajr ma jaf il-Fariżew jiżbalja, u f’diversi affarijiet:

* Wisq probabbli għandu l-idea li biex jintgħoġob minn Alla irid joqgħod jiftaħar b’rixu. Kważi jmur quddiemu u jipprova jipperswadiħ li hu tajjeb daqsu. Fi kliem ieħor seta’ qallu: “Isma’ ħi għidli prosit”.

· Skond Ġesu’ kien wieħed minn dawk li kien jafda fiħ innifsu, kien jemmen li hu tajjeb bil-ħila tiegħu u allura m’għandux bżonn ta’ Alla ħlief biex iċapċaplu.

· Nistgħu nimmaġinaw li kien jibżà mill-kastig li kellu lest għalih Alla, jekk jiżbalja, u allura kien jara lil Alla bħala tirann u mhux bħala Missier li setgħa jaħfirlu dnubietu, jekk jitolbu ħniena.

· Fit-talba tiegħu kiser l-ewwel kmandament; “Ma jkollokx Alla ieħor għajri”. Evidetement, la kien jemmen wisq fih innifsu, kien jaħseb li hu xi alla, kien alla tiegħu inniffsu.

· Kiser ukoll il-kmandament tal-imħabba; “Ħobb il-għajrek bħalek inniffsek”. Fit-talba tiegħu jiġġudika lill-għajru bħala: “Ħalliel, inġust u żieni”.

Jekk għadek kif għedt: “Oh...grazzi Mulej li m’iniex bħall dan il-Fariżew, waqajt fi dnub tiegħu...iġġudikajtu. Ġesu’, ta intelliġenti li hu jagħmel trick zgħir lil qarrejja ta’ din il-ġrajja. Hekk kif wieħed iserraħ moħħu u jieħu nifs li mhux bħall-Fariżew dak il-ħin ikun sar bħalu. Nawguralek li malli taqra din il-parabbola tiskopri li fik hemm ukoll il-Fariżew. F’dan il-kas biddel id-diska u itlob it-talba tal-Pubblikan: “Ħenn għalija O Alla għax jiena midneb”.

 

Il-Mulej jagħtik is-sliem

 

Għafas fuq l-istampa għar-riflessjoni

fuq il-Vangelu tal-Ħadd 

 

 

 

 

  

Contatti

Animatur Vokazzjonali 79306338
hidmasejhafrangiskana@gmail.com