Il-Ħajja Reliġjuża - x'inhi?

Il-Ħajja Kkonsagrata (il-ħajja li jgħixu il-patrijiet u s-sorijiet) hija Stat ta’ ħajja li wieħed jista’ jagħżel biex permezz tagħha jgħin lilu nnifsu u lill-oħrajn jersqu iktar lejn Alla f ’relazzjoni aktar intima miegħu. Nagħmluha ċara mill-ewwel li kull stat ta’ ħajja, kemm dik taż-żwieġ, kemm dik saċerdotali kif ukoll dik li wieħed jagħżel li jibqa’ ġuvni jew xebba jista’ jkun mezz privileġġat għalik biex bih inti ssalva. Kull stat ta’ ħajja li wieħed jagħżel, jekk jgħaraf jgħixha kif suppost għandha twasslu għall-ħajja ta’ dejjem.
 
Fil-ħajja konsagrata wieħed jagħżel li jgħix it-tlett voti, tal-Faqar, tal-Kastita’ u tal-Ubbidjenza mhux biex jillimita lilu nnifsu iżda biex dawn jgħinnuh jingħata iktar lill-Alla u lill-oħrajn. 
 
Il-Faqar jew aħjar "bla xejn tiegħi", ma tfissirx miżerja jew għaks iżda huwa dak il-vot li jrid jgħinna nirrelazzjonaw aħjar ma dak li mhux tagħna iżda li jiġi mgħoti b’mod providenzjali minn Alla bħala rigal, b’xejn. Il-vot tal-faqar jgħinna nilqgħu b’gratitudini dak li ġej minn Alla u ngħarfuh bħala don li hu meħtieġ naqsmu ma ħija fil-bżonn.
 
Il-Kastita’ ma tfissirx stmerrija taż-żwieġ jew ir-rapport sesswali. Il-vot tal-Kastita' lilna r-reliġjużi jgħina nagħtu lill-Alla u lill-oħrajn mhux biss l-ewwel post f ’qalbna iżda qalbna kollha.
 
L-Ubbidjenza hija dak il-vot li jrid jgħinna nemmnu li dak li Alla jippermetti f ’ħajjitna u li jurihulna b’mod ċar permezz ta’ dawk li jmexxuna u għandhom għall-qalbhom is-salvazzjoni tagħna h
 u uman lejn kull reliġjuż, Alla kapaċi jispira lill-dak li jmexxi biex iwassal lill-individwu jgħaraf dak li Alla jrid minnu. 
 
Ħajja Fraterna: Dan kollu r-reliġjuż jġħixu mhux waħdu iżda ma’ ħutu fil-komunita’, f ’kunvent. Kemm hu sabiħ li l-aħwa jgħixu flimkien iżda daqs kemm hu sabiħ huwa ukoll sfida kbira u xi kultant diffiċli wkoll. Permezz tal-komunita’, dak li Kelma ta’ Alla tgħidilna ma jibqax biss teorija iżda malajr inkunu nistgħu nwettuh fil-prattika. Malajr inkunu nistgħu nesperimentaw kemm hu kultant diffiċċli twettaq dak li l-Kelma tissuġġerixxi. Il-komunita’ tgħinna nifhmu d-diffikulta’ li l-poplu issib biex ipoġġi fil-prattika dak li aħna nippriedkawlhom. Għalhekk il-komunita’ tippurifikalna l-predikazzjoni tagħna u tgħinna nkunu iktar umli fil-kelma tagħna u tgħinna nifhmu u ngħaddru aktar il-poplu ta’ Alla.
 
Jalla din is-sena niftakru nitolbu għall-dawk kollha li għażlu din it-triq f ’ħajjithom biex tassew ikunu xhieda ta’ modi u toroq oħra ta’ kif wieħed jista’ jaqdi bl-imħabba ‘l Alla u l-proxxmu.
 
P. Arthur Cutajar OFM Conv

 

Għafas fuq l-istampa għar-riflessjoni

fuq il-Vangelu tal-Ħadd 

 

 

 

 

  

Contatti

Animatur Vokazzjonali 79306338
hidmasejhafrangiskana@gmail.com