Il-verita' dwar l-Abort 

Ippanikkjat u ppanikkjaw iżjed u iżjed il-ġenituri tagħha. Kienu huma li mexxewha biex tabortixxi. Huma ma kinux lesti li jżommuha f’darhom, jew iżjed u iżjed li jrabbulha t-tarbija. Mur żomm bi lsien in-nies!

Illum Joyce hija tfajla mdejqa. Sikwit toħlom bit-tarbija li rmiet, li ċaħdet, li qatlet. Kull xahar li jgħaddi timmaġina t-tarbija tikber u ddur ma’ djulha: “Ma, għaliex qtiltni?”ppanikkjat u ppanikkjaw iżjed u iżjed il-ġenituri tagħha. Kienu huma li mexxewha biex tabortixxi. Huma ma kinux lesti li jżommuha f’darhom, jew iżjed u iżjed li jrabbulha t-tarbija. Mur żomm bi lsien in-nies!

Dritt tal-mara?

B’xorti ħażina, illum il-biċċa l-kbira tan-nazzjonijiet, speċjalment dawk Ewropew, mhux biss aċċettaw u ttolleraw l-abort, imma jqisuh “dritt” tal-mara li tagħżel iżżommx it-tarbija jew teħles minnha.

Kumitati fin-NU jew fl-UE sikwit jappellaw lill-Knisja Kattolka biex tiftaħ idejha u taċċetta bħala “dritt” tal-mara li tagħżel tabortixxix jew le.

Dawn jakkużaw lill-Knisja Kattolka daqslikieku din mhix demokratika u mhux veru li tiddefendi l-libertà tal-kuxjenza u l-pożizzjonijiet differenti tan-nazzjonijiet.

Imma hawn wieħed ma jridx jinsa li l-Knisja mhijiex mibnija fuq id-demokrazija imma fuq il-Bibbja u l-Vanġelu. Hi ma tistax timxi fuq dak li trid il-maġġoranza imma fuq dak li jgħid Kristu u l-Kelma ta’ Alla. Il-Knisja ma tistax tiċċaqlaq minn ċerti prinċipji li fuqhom tibni t-tagħlim tagħha.

Għaliex l-abort hu ikrah?

Sa nagħti hawn uħud minn dawn il-prinċipji u fatti.

Kull abort joqtol ħajja innoċenti. Il-ħajja tibda mat-tnissil tat-tarbija. Skont il-liġi tal-bijoġenesi, kull speċi tipproduċi esseri ugwali. Qattus jipproduċi qattus, baqra tipproduċi baqra, bniedem inissel bniedem. Mela l-abort ta’ tnissil uman hu l-qtil ta’ bniedem.

Kull esseri uman hu persuna. Hija persuna dik li hija membru tal-ispeċi umana. Ma ssirx persuna wara li tiżviluppa, kif hawn min jaħseb, daqslikieku ssir persuna wara żmien li tkun għexet fil-ġuf. Din minn fejn ġabuha?!

Mal-bidu tat-tnissil, kull tqala tinvolvi issa żewġ persuni. Iġġebbed kemm iġġebbed, ħadd qatt ma ssogra jgħid li issa l-mara għandha erba’ jdejn, erba’ għajnejn. Dawk l-idejn, is-saqajn, l-għajnejn huma ta’ persuna oħra li qed tgħix fil-ġuf tal-omm.

Huwa dmir tas-soċjetà u tal-Knisja li joħolqu ċerti liġijiet u direttivi biex jiddefendu l-innoċenti (it-tfal, l-anzjani, dawk bi bżonnijiet speċjali, il-foqra, u l-istess trabi fi ħdan il-ġuf tal-omm). Forsi dan imur kontra l-libertà tal-kuxjenza u d-dritt li kulħadd jagħmel dak li jrid?!

Id-dritt tal-omm u d-dritt tat-tarbija huma differenti. It-tarbija għandha dritt li tgħix, filwaqt li l-omm qiegħda sempliċement tfittex id-dritt ta’ stil divers ta’ ħajja.

Il-faqar, l-abbuż sesswali, id-diżabbiltà… dawn huma fatturi gravi imma mhumiex raġunijiet suffiċjenti biex wieħed jassumi d-dritt li jabortixxi.

Id-differenza li tgħaddi bejn l-embryos u l-adulti hija differenza ta’ grad u mhux ta’ natura diversa. Il-fetu fi ħdan l-omm, it-tarbija li titwieled, it-tifel jew tifla, l-adolexxent, l-adult, l-anzjan… huma kollha fażijiet ta’ żvilupp imma jibqgħu dejjem umani.

 

Bosta jġibu bħala raġuni għall-abort ir-riskju tal-ħajja tal-omm. Mill-eluf ta’ aborti li jsiru, anqas minn 1% jsiru biex isalvaw l-omm.

Dawn huma biss uħud mir-raġunijiet għala l-Knisja tikkundanna l-abort. 

Mhuwiex diżunur għall-Knisja li llum saret il-leħen jgħajjat fid-deżert favur il-ħajja. Dan għamlitu u tibqa’ tagħmlu, minkejja l-pressjoni ta’ dawk li huma favur l-abort.

Patri Elija Vella OFM Conv

 

 

Għafas fuq l-istampa għar-riflessjoni

fuq il-Vangelu tal-Ħadd 

 

 

 

 

  

Contatti

Animatur Vokazzjonali 79306338
hidmasejhafrangiskana@gmail.com