Presepji oriġinali

Id-dilettanti tal-Presepji huma hafna u kulhadd jipprova johloq il-presepju tieghu originali. Dan l-ahhar kont ghand familja u l-guvnott urieni l-presepju li ghamel. Madwar il- grotta pogga bhala pasturi diversi suldati tal-plastik. Staqsejtu t-tifsira. U qalli li ried li Gesu’ jkun protett. Bejnietna ma tantx daqqitli l-idea, ghax fl-ahhar mill-ahhar kienu s-suldati ta’ Erodi li qatlu dawk it-tfal kollha nnocenti. Kienu wkoll is-suldati Rumani li ttorturaw lil Gesu’ u sallbuh fuq salib.

“Eh – wegibni bi tbissima Keith – is-suldati tieghi imma huma tar-Rigment Malti, u dawk ma jaghmlu deni lil hadd!”

Presepju iehor li dis-sena ltqajt mieghu kien dak ta’ Steve. Dan pogga biss zewg pasturi quddiem il-grotta: wiehed ta’ Joseph Muscat u l-iehor ta’ Simon Busuttul. Tbissimt meta rajthom quddiem il-Bambin Gesu’ u staqsejt lil Steve it-tifsira. U Steve qalli: “Politika minghajr valuri nsara hi politika bazwija. Il-politici kollha – ippersonifikati fil-leaders taghhom - ikunu qed ji9bnu fuq irramel jekk ma jibnux fuq il-valuri li ttihom it-tarbija ta’ Betlehem”

Ghandek ragun, Steve! Hallihom hemm!

Trevor did-darba ried hu wkoll jaghmel xi haga originali. U l-pasturi li pogga kienu dawk tal-professjonisti: tobba, periti, avukati, nutara, accountants… Kollha bil-glekk u bl-ingravata! U Trevor fissirli kif gietu din l-idea. “Bosta mill-professjonisti taghna – qalli  - huma mnehirhom imxammar. Mhux kollha tafx! Imma bosta minnhom jahsbu li jistghu jmissu s-sema b’subghajhom. Jaraw lil kulhadd dubbien. Insomma: jippretenduha ghaliex issa ghandhom ftit certifikati mwahhlin fi nkwadri wara l-iskrivanija!

Poggejthom quddiem Gesu’ Bambin. Tahseb li m’ghandhom xejn x’jitghallmu?”

Melvin kien daqsxejn izjed imqareb u quddiem il-grotta, bhala pasturi, pogga lill-patrijiet tal-parrocca ta'  San Pawl il-Baħar.

U dawn mhumiex hemm b’idejhom f’idejhom. Ilkoll gabulu rigal, ckejken kemm hu ckejken. Il-kappillan – billi bhall-issa qed jaghmel iz-zjajjar lill-familji – staqsa lil Marija u lil Guzeppi meta hu possibbli jsibhom id-dar halli jmur izurhom. (Nispera li ma jistaqsihomx humiex qed imorru l-quddies!!)

P.Gorg ha l-okkazjoni u staqsa lil S. Guzepp ghandux pjacir  jaghmillu intervista fuq Radju Marija. Guzeppi ghadhu jahsibha.

P. Alfred johrog mill-barzakka tieghu flixkun imkekkeb sewwa: Coconut Oil. Itih lil Marija u jghidilha minn that l-ilsien: “dan lil Gesu’ jaghmillu tajjeb: huwa organic!”

P. Elija ma baqax lura u offrielhom biljett tal-ajru biex jaghmlu safra mieghu. Imma baqa’ ftit frustrat, ghax  Guzeppi qallu li jibza’ mill-ajrupjan.

P. Josef kisser mohhu biex jara x’jista’ joffrilu lil Gesu’. Fl-ahhar iddecieda: offielu dixx wraps tal-prima kwalita’. Afli lil Marija tghidx kemm ghogbuha!

Fra Gorg lil Gesu’ ried jaghtih sorpriza: gab f’idejh zewgt’iqnienen u beda jdoqq kemm ghandu sahha. Guzeppi qam bil-wieqfa u qallu: “ Gorg jahasra ser tqajjimli lil Gesu!” Gorg inhasad, u qal bejnu u bejn ruhu: “ Il-qniepen idaqqu kemm idoqqu mhux ser iqajmuhoim lin nies ta’ San Pawl il-Bahar. Iwa lanqas lil Gesu’ ma nista’ nqajjem?”

U P David fejn hu? Ma jidhirx! Wasal ftit tard imma lanqas hu ma gie idu f’idu. Tafu x’tah lil Gesu’? Tah ix-xalpa tieghu! Marija thassritu u qaltlu: “Le David, zommha int”. Imma David dahhal idejh fil-but u hareg ohra ghalih.

Fost il-presepji kollha 2014, dan ha l-ewwel premju!


Patri Elija Vella OFM Conv

 

Għafas fuq l-istampa għar-riflessjoni

fuq il-Vangelu tal-Ħadd 

 

 

 

 

  

Contatti

Animatur Vokazzjonali 79306338
hidmasejhafrangiskana@gmail.com