Zghazugh dejjiemi

Ftit snin ilu, meta gejt mit-Turkija, xihadd staqsieni: Kieku kellek terga’ titwieled kont terga’ ssir Patri? It-twegiba harget bla tlaqliq u bla qghadt nahsibha: Iva, Patri Frangiskan Konventwal.

Sa minn kmieni fi tfuliti kont nahseb li biex hajti jkollha xi siwi ridt naghmel xi haga tajba ghall-ohrajn u ghalhekk niftakar li kont nghid li rrid insir jew tabib jew patri. L-idea tat-tabib aktarx li giet minhabba li fil-familja kellna tradizzjoni ta’ tobba. Buznannuwi, missieru u missier missieru kienu tobba u d-dar kellna r-ritratti taghhom. Patri, ghax fil-familja konna midhla sew tal-Patrijiet Kapuccini. Fil-fatt it-tnejn jaghtu ruhhom ghall-gid tal-ohrajn. Ghalhekk meta dhalt il-Liceo u gejt biex naghzel bejt il-Franciz u l-Latin, ghazilt mill-ewwel il-Latin, li dak iz-zmien kien mehtieg sew ghad-dhul fl-università u kemm biex issir sacerdot.

Ta’ kwazi 16-il sena dhalt il-kunvent u 9 xhur wara bdejt in-novizzjat. Sena wara, fil-festa ta’ S. Bonavetura ghamilt il-Professjoni Semplici fil-kunvent tar-Rabat. Komplejt bl-istudju tal-letteratura u l-filosofija, imbaghad mort Ghawdex biex nibda t-teologija. Meta ghalaqt 21 sena ghamilt il-Professjoni Solenni fil-mahzen-kappella li kellna Birkirkara qabel inbniet il-knisja. Kienet is-Sena Mqaddsa 1950. Temmejt it-Teologija fil-kunvent tal-Belt u wara l-ordinazzzjoni kont mibghut Ruma nissokta l-istudju. Hemmhekk iggradwajt fit-Teologija. Gejt lura fl-1955 u 3 snin wara, il-Provincjal rega’ baghtni biex intemm it-tesi, niddefendiha u niehu l-lawrja. Lura fil-Provincja sibt hafna xoghol jistennieni fil-qasam tal-formazzjoni; rettur tal-Kjerci u ghalliem tat-Teologija u materji ohra. Wara dawk is-snin li ghaddejt maz-zghazagh, li nibqa’ niftakar b’ghozza, ghamilt zmien ta’ esperjenza pastorali f’Burmarrad ghal 15-il sena ohra, sakemm fl-1983, il-Mininsitru General, P. Lanfranco Serrini sejjahli biex naghti s-servizz tieghi lill-Ordni u salpajt ghax-xtut imbeghda tat-Turkija, fejn qabli kienu hadmu Patrijiet Maltin ohra sal mill-qedem. Kapitlu ghani mhux biss ghax il-kuntatti li kelli mal-Griegi Ortodossi, b’mod partikulari mal-Metropolita Bartolomeo, llum Patrijarka Ekumeniku, ghenuni nifhem u nhobb izjed il-Knisja, Ommi, u l-htiega urgenti li tkun ‘WAHDA’ skond it-talba ta’ Kristu, imma wkoll ghax f’dawk is-snin skoprejt l-eghruq tal-fidi fil-fond ta’ dik l-art ghammiela, t-Turkija tal-lum, li fis-snin tal-formazzjoni konna nsejhulha  Asja Minuri. Hemmhekk, minhabba kuntatti ma’ personalitajiet Ekklesjastici u Civili li z-zjara taghhom it-Turkija kienet dejjem tinkludi l-Bazilka taghna “Sent Antuan Kilisesi” li jien kont naraha, bhal P. Gwanni XXIII, il-KNISJA tat-Turkija,  harsti wassghetli l-orizzont u ghajnejja bdew jimirhu ’l boghod u wasalt biex kelli x-xorti nzur pajjizi kbar, bhal Germanja, l-Polonja, l-Jugoslavja, Spanja u sahansitra Gibiltà. Ukoll, fit-Turkija, messitni x-xorti li nkun strument zghir ghal-ftuh ta’ Kunvent iehor f’Izmir, Karxijakà, parrocca ddedikata lil S. Liena

Dan kien kapitlu iehor f’hajti, l-ahhar wiehed, kapitlu li kellu jtul 27 sena. U hekk hajti nista’ nqassamha f’4 kapitli;1947-1958, 1958-1968, 1968-1983, 1983-20l0, bil prologu tan-novizzjat u l-epilogu li jwassal ghat-tmiem. Illum wara kwazi 87 sena, meta filghaxija mmidd rasi fuq l-imhadda u ntenni kliem Gesù:  “F’idejk, Mulej, jien nerhi ruhi, ” tigini spontanja l-mistoqsija ta’ Frate Leone lil S. Frangisk: “Ghaliex ghandek?” U nhoss it-toqol tar-responabbiltà li garrejt u ngorr ta’ kwazi 87 sena u t-twegiba li tigini hi li forsi ma sabx x’jghamel bija u ghalhekk riedni f’dik l-art fejn nemmen li isem Kristu ghad-jerga’ jidwi, imqar mill-gebel li minnhom Alla jista’ jqajjem l-ulied godda ta’ Abaham.  U allura ntemm: “Mhux lili, Mulej, mhux lili, imma lil Ismek kull gieh u glorja.” Tieghi biss l-izbalji u n-nuqqasijiet u ghalhekk nitlob “Ftakar, Mulej, fil-hniena tieghek ta’ dejjem, ahfirli hijieti kollha.

P. Alfons Sammut OFM Conv

 

 

 

Għafas fuq l-istampa għar-riflessjoni

fuq il-Vangelu tal-Ħadd 

 

 

 

 

  

Contatti

Animatur Vokazzjonali 79306338
hidmasejhafrangiskana@gmail.com