Niskopru Assisi flimkien

 

Jistà jkun li xi darba jkollok l-opportunità żżur Assisi jew diġa kellek l-opportunita' li żżurha. F'dan l-ispazju sejrin nagħtu ġabra ta' tagħrif dwar il-Belt ta' Assisi u tas-santwarji l-iktar importanti li jżejnu din il-belt ta' San Franġisk, l-iktar belt Franġiskana fid-dinja!

 

 

San Frangisk twieled lejn il-bidu ta' l-1182 fil-Belt ta' Assisi, tinsab fil-qalbha tar-Regjun ta' l-Umbria.

Ir-regjun ta' l-Umbria huwa mizjud b'kuntrasti u  b'xenarji wiehed mhux bl-iehor: gholjiet u widien, xmajjar, nixxighat u ghadajjar, ghelieqi tal-qamh u art xaghrija, foresti, boskijiet u sigar taz-zebbug, dwieli, sigar tac-cipress, li jaghtu kenn lill-ghadd ta' kappelli u monasteri fil-wita u fuq l-gholiet.  Huwa regjun imlaqqat b'xitwa umda u b'sajf xott u shun, b'harifa u b'rebbiegha b'ilwien u sfamaturi wiehed  isbah mill-iehor.

Ir-Regjun ta' l-Umbrija ghani mhux biss bis-sbuhija naturali tieghu,  huwa rikk ukoll b'tant arkitettura: palazzi, kastelli, torrijiet, bibien, arkati, pjazzez, knejjes, monasteri, abbaziji, kappelli u mkejjen ta' qima. Huwa regjun ghani b'tant opri u kapolavuri migbura fi bliet bhal: Perugia bl-opri ta' Signorelli, Lorenzo u Perugino; Assisi b'dawk ta' Giotto u Cimabue; Spello b'xogholijiet ta' Pinturicchio; Montefalco b'dawk ta' Benozzo Gazzoli; Spoleto bl-opri ta' Filippo Lippi. Nistghu nibqghu sejrin insemmghu il-bliet umbri ohra bhal Gubbio, Trevi, Todi, Cortona u Foligno li kollha ghandhom sbuhija li tigbdek u ssahhrek. 

L-Umbria mlaqqam "il-Qalb thaddar ta' l-Italija", huwa r-regjun ta' ghadd ta' qaddisin, li twieldu u bierku dan l-art bil-hajja ta' l-ghaqda taghhom ma' Alla, fost dawn il-Fqajjar ta' Assisi.

Assisi hija wahda mill-gawhar ta' l-hannieqa ta' dan ir-regjun. Jinghad li l-pedament tal-Belt ta' Assisi tqieghed mill-umbri li qamu u kisbu r-rebha fuq l-etruski.  Warajhom, lejn it-tielet seklu qabel Kristu, Assisi ghaddiet f'idejn il-Legjun Ruman u saret municipju ta' Ruma.  It-Tempju ta' Minerva li ghadu wieqaf sallum fil-pjazza tal-belt jixhed il-qawwa rumana ta' dak iz-zmien.

Lejn is-sena 50 wasal fil-belt San Crispaldo, li jinghad li kien dixxiplu ta' San Pietru, biex ixandar il-Vangelu ta' Kristu.  Imma huwa mifhum li kien San Rufino li nissel il-fidi fin-nies ta' Assisi madwar zewg sekli aktar tard. 

Il-Belt ghal sekli shah ma kellha l-ebda tibdil.  Id-djar antiki mibnija bil-gebel tipiku lewn roza fuq it-toroq imzerzqa ma' l-gholja li fuqha tinsab Assisi, ghadhom wieqfa sallum.  Il-hitan tal-belt maz-zmien tkabbru u nbnew aktar djar u mkejjen ohra biex jilqghu l-ghadd ta' pellegrini li minn wara il-mewt ta' San Frangisk fl-1226 sallum ma waqfu qatt gejjin f'din il-Belt ta' Assisi.

Mill-fdalijiet tar- Rocca Maggiore, li tisboq il-bini kollu tal-belt, wiehed jista` jgib taht ghajnejh il-belt ta' Assisi kollha bil-pjanura mifruxa mill-wied ta' Spoleto fuq ix-xelluq sa l-gholja li fuqha hemm wieqfa l-Belt ta' Perugia fuq il-lemin. Minn fuq ir-Rocca iggib tahtek Assisi bis-santwarji u l-monumenti li hafna minnhom inbnew wara li l-mewt ta' Frangisku u li bla dubbju bidlu d-dehra tal-Belt.

Fost dawn is-santwarji nsibu San Francesco Piccolino fejn jinghad li twieled il-qaddis ta' Assisi;  tispikka il-koppla tal-San Rufino fejn Frangisku gie mghammed; il-Bazilka ta' Santa Chiara fejn qabel kien hemm il-knisja ta' San Giorgio, fejn il-qaddis tghallem l-iskola; San Damiano, fejn Frangisku sema` l-Kurcifiss jistiednu jmur isewwi l-Knisja li kienet qed tiggarraf; il- Vescovado fejn iz-zaghzugh Frangisku neza` u ta hwejjgu lura lil Missieru quddiem l-isqof tal-belt; Rivotorto fejn ingabar ma' l-ewwel shab tieghu; il-Knisja ta' Santa Maria tà l-Angli u l-Porziuncola fejn ghex u fejn miet il-qaddis.  Fuq kollox il-kumpless majjestuz tas - Sacro Convento, biz- zewg bazilici tà San Frangisk: wahda fuq l-ohra li jaghtu kenn il-Qabar ta' San Frangisk.

Bid-dehra ta' San Frangisk il-Belt ta' Assisi kisbet xi haga li tisboq l-bliet l-ohra tar-Regjun ta' l-Umbria kollha flimkien.  Assisi sar l-ghajn ghal dawk kollha li jixtiequ jsibu l-Paci. Hija maghrufa bhala "il-Belt tal-Paci" Kull sena jigu miljuni ta' pellegrini u turisti minn kull rokna tad-dinja biex jinxtehtu f'riglejn San Frangisk. il-Qaddis Fqajjar ta' Assisi biex jitlobu u jiksbu l-paci ghalihom. ghall-gheziez taghhom. ghal pajjizhom u ghad-dinja kollha.

 

Ħajr www.sanfrangisk.com

 

Għafas fuq l-istampa għar-riflessjoni

fuq il-Vangelu tal-Ħadd 

 

 

 

 

  

Contatti

Animatur Vokazzjonali 79306338
hidmasejhafrangiskana@gmail.com