Bażiliċi ta' San Franġisk

Inqas minn sentejn mill-mewtu, Frangisku gie ddikjarat Qaddis sewwasew nhar is-16 ta’ Lulju 1228.  L-ghada tal-kanonizzazzjoni l-Papa Girgor IX qieghed u bierek l-ewwel gebla tal-knisja l-gdida dedikata lil San Frangisk, il-Qaddis il-gdid ta’ Assisi.  Il-Papa halla f’idejn Fra Elija biex jiehu shieb il-bini li kellu jkun il-Qabar tal-qaddis u fl-istess waqt il-“Caput et Mater” (r-ras u l-omm) ta’ l-Ordni Frangiskan.  Il-bini sar fuq ghola barra mill-hitan tal-belt moghtija minn Sinome di Puccio minn Assisi, maghrufa bhala "colle dell’inferno". L-isem ta’ din l-Ghola ta’ l-Infern bix-xieraq kien mibdul f’dak ta' l-Gholja tas-Sema – "colle del Paradiso".

Ix-xoghol tlesta f’qasir zmien. Infatti sentejn wara li tqeghdet l-ewwel gebla il-Bazilka t’isfel kienet ga lesta biex tilqa fiha l-fdalijiet tal-qaddis.  Nhar il-25 ta’ Mejju 1230 saret it-traslazzjoni tal-gisem ta’ San Frangisk mill-Knisja ta’ San Giorgio b’purcissjoni solenni ghal knisja l-gdid.  Il-gisem ta’ San Frangisk gie midfun taht l-altar maggur.   Ix-xoghol tal-bini ssokkta u fl-1236 kienet lesta il-Bazilka ta’ fuq. Fl-1239 intemm wkoll ix-xoghol fuq il-kampnar u ndaqqu ghall-ewwel darba il-qniepen. 

Il-Papa Girgor IX barra z-zewg bazilki ried jibni wkoll il-Palazz Papali u mieghu l-kunvent ghal patrijiet biex ihasru l-gisem ta’ missierhom San Frangisk. Il-Patrijiet tal-Komunita, li aktar tard bdew jissejhu "Konventwali" bdew jghixu f’dan is-Sacro Convento sa minn 1230.  Dan il-kunvent, li huwa proprjetà tas-Santa Sede (u mhux tal-patrijiet kif jahsbu xi whud), kompla jitkabbar maz-zmien sakemm wasal fil-binja majjestuza li ghandu llum.  Il-Patrijiet Frangiskani Munuri Konventwali ghal kwazi tmien mitt sena b’tant ghozza hadu hsieb iharsu l-qabar ta’ San Frangisk.

Iz-zewg knejjes wahda fuq l-ohra fl-armonija tal-binja taghhom huma stedina ghal kull pellegrin li jigi Assisi biex fis-skiet u l-gabra jitlaqa` ma’ Kristu u ma’ Frangisku.

Il-Bażilika ta' fuq bl-istil gotiku imdawwla u gholja tistiednek biex terfa' qalbek ‘l fuq lejn il-Mulej waqt li l-Bażilika t'isfel bi stil romaniku u aktar mistika tistiednek tinxtehed gharrobbtejk fis-skiet quddiem il-Qabar tal-qaddis. Wahda tistiednek tifrah u tfahhar lil Alla, l-ohra tistiednek tingabar, thaseb u timmedita fis-skiet. It-tnejn  izda, huma espressjoni ta’ l-misteru wiehed tal-fidi taghna.  Il-Bazilka t’isfel “thabbar il-mewt”, waqt li il-Bazilka ta’ fuq “ixxandar bil-ferh il-Qawmien tal-Mulej sa ma jigi fil-Glorja”

Dan is-Santwarju Frangiskan wiehed fi tnejn, imlewwen bi lwien li hargu mill-pniezel ta’ mghallmin bħal Giotto u Cimabue, mhux biss joffri armonija ta’ kuluri imma wkoll joffri lok biex nitlaqghu mal-qdusija ta’ Frangisku u biex immissu b’idejna il-qalb spiritwali ta’ dan il-bniedem li ghex f’ghaqda shiha u f'armonija m’Alla, mieghu nniffsu, ma’ huti l-bnedmin u mal-hlejjaq kollha.