Eremo delle carceri

L-Eremo delle Carceri huwa wiehed mill-ewwel erimitaggi tal-patrijiet Frangiskani qalb bosk fuq il-Monte Subasio.  Hawn San Frangisk u l-ahwa tal-bidu kienu spiss jirtiraw biex jinghaqdu aktar ma’ Alla fit-talb. 

Malli tasal fuq il-post issib setah magharuf bhala il-chiostrino b’zewg bjar helwin.   Fuq ix-xellug hemm l-ewwel kunvent u kappella ddedikata lil Santa Maria delle Carceri.  Wara li tghaddi minn passagg u tinzel minn tarag dejjaq tasal fl-ghar fejn Frangisku kien jingabar ghat-talb. Kif tohrog mill-ghar ssib pont ckejken, mibni fuq qasma kbira u fonda qalb il-blat.  In-naha l-ohra tal-pont hemm toroq dojoq qalb is-sigar tal-bosk. Hawn shab San Frangisk kellhom l-gherien ckejkna taghhom ukoll. Fost dawn l-gherien ta’ l-ahwa, Leone, Bernardo, Egidio, Rufino u Masseo.

Le Carceri huwa post fejn wiehed jista` jimmedtita l-gmiel tal-holqien. F’din il-parti hemm wisghat fejn l-gruppi li jzuru il-post jistghu jingabru biex jiccelebraw l-Ewkaristija.  Infatt ghadd ta’ grupp jmorru hemm biex jghaddu hin migbura fit-talb wahidhom u flimkien.

X’hin terga taqsam il-pont biex tmur lura ssib kappella ohra ckejkna dedikata lil Santa Maria Maddalena.   Ghal minn jixtieq ifittex post biex jingabar fis-skiet, l-Eremo delle Carceri huwa fost l-aktar idejali.

 

Għafas fuq l-istampa għar-riflessjoni

fuq il-Vangelu tal-Ħadd 

 

 

 

 

  

Contatti

Animatur Vokazzjonali 79306338
hidmasejhafrangiskana@gmail.com