Cappella delle Reliquie

Fit-transett tal-lemin tal-Bazilka Inferjuri hemm tarag li titla` minnu li jaghti ghat-terrazzin tal-Kjostru ta' Sistu IV.  Taht dan it-tarag hemm bieb li minnu ssib tarag iehor li jekk tinzel minnu jiehdok ghall-Kappella tar-Relikwi. 

L-isem ta' din il-kappella fil-fatt huwa Sala tal-Kapitlu - Sala del Capitolo. Din is-sala taghmel parti mill-ewwel blokk ta' bini li sar biex jilqa` il-palazz tal-papa u l-konvent tal-Patrijiet sa mill-1228. Din kienet is-sala fejn il-patrijiet tal-kunvent kienu jiltaqghu biex jiddiskutu dwar il-hajja ta' talb u dwar kif jkunu jistghu jaghtu servizz ahjar lill-pellegrini li kien jzuru il-Qabar ta' San Frangisk.

Is-sala hija kwadra fi stil romaniku bi hnejjiet iserhu fuq kolonna wiesa f'nofs. Din il-kolonna hija mxebba` mas-sigra tal-Hajja u l-hnejjiet huma l-frieghi li hergin mis-sigra.  Is-Sigra tal-hajja hija wiehed mis-simboli ta' l-ispiritwalita frangiskana, z-zokk tas-sigra huwa Kristu u l-frieghi hija l-Kelma tieghu li minnu harget il-hajja frangiskana.

Fis-sala hemm affresk ta' 1300 maghmul minn Puccio Capanna. pittur lokali.  Dan l-affresk juri lil Gesùmsallab bil-Vergni Marija u l-qaddisin San Gwann, Pietru u Pawlu, Antnin ta' Padova u Luigi wieqfa taht is-salib u b'San Frangisk u Chiara gharkubbtejhom.

Illum f'din is-sala hemm imharsa r-relikwi ta' San Frangisk. Fosthom hemm il-Chartula, l-parcmina li fuqha hemm il-barka lil Fra Leone lil Fra Leone miktuba b'idejn San Frangisk fl-1224, sentejn qabel miet.  Bla dubbju, wara il-fdal tal-Gisem tal-qaddis hija r-relikwa l-aktar ghaziza fil-belt ta' Assisi.  Il-kitba bl-iswed hija dik tal-qassis u ffirmata minnu, il-kitba bl-ahmar hija ta` Frate Leone biex jghid li dik il-kitba kienet ta' San Frangisku.

Fis-sala hemm mizmuma b'ghozza it-Tonka lewn l-irmied kollha mraqqa li kien jilbes San Frangisk. It-tonka hija forma ta' salib.  Ghal qaddis l-ilbsa kienet is-salib li ried igorr kuljum biex jimxi wara Kristu.

Fost ir-relikwi migbura insibu il-kalci u l-patena, li kienu moghtija lil San Frangisk mill-Don Maccalice, l-abbati tal-Monasteru Benedittin ta' Monte Subasio.   Hemm zewg imkatar tal-ghazel irrakkmati bl-idejn moghtija lil qaddis minn Jacopa dei Settesoli. Dawn l-imkatar kienu wzati biex jixxuttaw l-gharaq waqt il-mewt ta' san Frangisk fl-1226.  Hemm ukoll cilizzju uzat minn san Frangisk fuq il-laham biex jaghmel penitenza. 

Ghall-wirji f'din il-kappella hemm ukoll il-qarn ta' l-avorju moghti mis-Sultan ta' l-Egittu Melek-el-Kamil fil-laqgha tieghu ma' Frangisku fl-1219-20.  Wara vetrina ohra hemm il-gebla li fuqha serhet ras il-qaddis fil-qabar. Din qieghda flimkien ma oggetti ohra li nstabu meta fethu il-qabar ta' San Frangisk fl-1818, fost dawn hemm xi muniti ta' zmien il-qaddis u urna ckejkna bit-trab tal-ghadam.  Hemm vetrina ohra tunika bajda moghtija lil qaddis biex juza fiz-zmien ma kien marid. Hemm ukoll papocc uzat minn Frangisku lejn tmien hajtu meta ma kienx jista' jimxi minhabba il-pjagi. Maghhom f'ostensorju tal-fidda hemm bicca gilda li Frangisku kien izomma fuq il-pjaga tal-kustat biex itaffilu ftit mill-ugiegh.

Fl-ahhar nett hemm ir-Regola Bollata. Din hija r-regola orginali li Frangisku kibet u li il-Papa Onorju III ikkonferma bil-bulla "Solet annuere" fid-29 ta' Novembru 1223. Bil-haqq kollu dan id-dokument uniku huwa meqjuz bhala il-magna charta tal-movument frangiskana.  Il-Patrijiet Frangiskani Konventwali iharsu dawn ir-relikwi bl'akbar attenzjoni.