Rivotorto

Aktar ‘l isfel mill-knisja ta’ San Damiano, lejn il-pjanura ta’ Assisi hemm is-Santwarju ta’ Santa Maria di Rivotorto.  Dan il-post kiseb ismu minn nixxiegha li tinzel isserrep f’dawk l-inhawi.  Kien minn Rivotoro li fl-1209 Frangisku flimkien ma’ l-ewwel ahwa telaq lejn Ruma biex il-Papa jikkonfermalu r-regula.

Marbuta ma dan il-post ghaziz hemm ghadd ta’ grajjiet. Fosthom dak meta wiehed mill-bdiewa ta’ dawk l-inhawi dahhal il-hmara li kellu fil-kmajjra fejn kienu jghixu il-patrijiet u bl-arja kollha ghamel il-post tieghu.  Frangisku bla ma qaghad ihaqqaqa telaq minn hemm u mar ma’ shabu jfittex xi postiehor.  Mhux tant ‘l boghod kien hemm il-Kappella ta’ Santa Maria degli Angeli u mar ighammar hemm f’dawk l-inhawi tal-Porziuncola

 

Il-knisja li insibu llum f’Rivotorto bi stil neo-gotiku nbiet minflok dik li kien hemm qabel u li ggarrfet bit-terrimot ta’ l-1832.  Il-faccata tal-knisja tixbah li dik ta’ San Rufino, bi tlett bibien u tlett twieqi tondi u b’nicca kemm xejn kbira fil-parti ta’ fuq.  F’din in-nicca hemm muzajk sabih b’zewg grajjiet marbuta mal-post.  Wahda dik tal-vizzjoni li kellhom il-patrijiet meta raw il-missierhom Frangisku rikeb  bhall-profeta Elija fuq karru tan-nar u l-ohra tfakkar meta ghadda minn l-inhawi ta’ Rivotorto l-Imperatur Ottone IV. Fuq il-hnejja tal-bieb ewlieni tal-Knisja hemm il-ktiba: “Hawn il-bidu tal-Patrijiet Minuri”.

Fuq gewwa fil-knisja hemm l-ghorfa fejn Frangisku kien jghix fil-bidu ma’ huti il-patrijiet. Din hija maghmula b’kappella ckejkna fin-nofs u b’kamra ckejkna fuq naha biex jorqdu u b’ohra ckejkna wkoll fuq l-ohra fejn kienu jieklu. Fil-knisja hemm ukoll ghadd ta’ kwadri tal-pittur Cesare Sermei li juru diversi mumenti u grajjiet ta’ l-ewwel fraternità` frangiskana li ghexet f’dan il-post.

Illum dan is-santwarju Frangiskan iservi bhala parrocca taht il-kura tal-patrijiet Frangiskani Minuri Konventwali.  Marbuta mal-knisja hemm il-kunvent tal-patrijiet li llum parti minnu jservi bhala Centru ta’ tigdid spirtwali immexxi mill-istess patrijiet.

 

Għafas fuq l-istampa għar-riflessjoni

fuq il-Vangelu tal-Ħadd 

 

 

 

 

  

Contatti

Animatur Vokazzjonali 79306338
hidmasejhafrangiskana@gmail.com