Sacro Convento

Il-Papa Girgor IX barra z-zewg bazilki ried jibni wkoll il-palazz papali u mieghu l-kunvent ghal patrijiet biex iharsu l-gisem ta’ missierhom San Frangisk.

Il-Patrijiet tal-Komunita', li aktar tard bdew jissejjhu “Konventwali” bdew jghixu f’dan is-Sacro Convento sa minn 1230.  Dan il-kunvent li huwa propjetà tas-Santa Sede (u mhux tal-patrijiet kif jahsbu xi whud) kompla jitkabbar maz-zmenijiet sakemm wasal fil-binja majjestuza li ghandu llum. 

Il-Patrijiet Frangiskani Minuri Konventwali ghal kwazi tmien mitt sena b’tant ghozza hadu hsieb iharsu l-Qabar ta’ San Frangisk.

 

Thares lejn is-Sacro Convento mill-pjanura int u gej minn naha ta' Santa Maria degli Angeli tara binja mponenti tal-kumpless bil-Palazz tal-Papa fuq naha u z-zewg Bazilka wahda fuq l-ohra n-naha l-ohra.  Jekk tkun gej minn naha ta' Perugia tara l-parti tas-Sacro Convento li tispikka bhal fortizza kbira mibnija aktar tard mill-Kardinal Egidio Albornoz bejn 1352-1367.  Dehra ohra tas-Sacro Convento li l-pellegrini ma tantx jaraw, hija dik li tidher minn qalb il-bosk minn-naha l-ohra fejn hemm  ghaddeja x-xmara Tescio.  Minn hawn tara fejn kienu jghammru l-ewwel patrijiet tal-kunvent, li ghadhom jghammru s'issa.  Huwa tassew kumpless kbir biex ihares il-gisem ta' bniedem li xtaq ikun tant zghir quddiem Alla u huti l-bnedmin. 

 

Il-kumpless tas-Sacro Convento kollu kemm hu, li jigbor fih il-kunvent, il-palazz papali u z-zewg bazilki huma mibnija fuq bicca art moghtija lil patrijiet mill-Papa nniffsu.  Kien il-Papa stess li bierek l-ewwel gebla fit-17 ta' Lulju, 1228, l-ghada li Frangisku kien ddikkjarat Qaddis.  Ix-xoghol kien afdat f'idejn Fra Elija, patri li ghex qrib ta' Frangisku u li kellu stima kbira mill-Qaddis innifsu. Sena qabel waqt il-Kapitlu Generali tat-30 ta' Mejju Fra Elija thalla hieles iehor biex jkun jista' jinghata kollu kemm hu ghall-bini ta' din l-opra.

Waqt li kienu qed jinbnew il-bazilka ta' isfel u dik ta' fuq, kien qed jinbena ukoll il-kunvent u il-Palazz tal-Papa. Mill-ittra li l-Papa Girgor IX baghat lil General u lill-patrijiet fit 22 ta' April 1230, nafu li kienu diga` qed jghixu ghadd ta' patrijiet fil-post il-gdid. Il-post fejn kienu jghixu l-ewwel patrijiet ghadu sallum maghrufa bhala il-Convento di Frate Elia. Fejn illum hemm is-Sala Romanika kien id-dormitorju tal-patrijiet li kienu jharsu il-qabar ta' san frangisk. Nafu wkoll il-parti fejn ighix il-Papa kienet lesta wkoll. Certi li fl-1253 il-Papa Innocenz IV flimkien mal-qorti tieghu qatta` s-sajf kollu f'dan il-bini gdid.  Kien f'dan l-istess zmien, sewwa sew fil-25 ta' Mejju 1253, li l-Papa sejjah dan il-bini bl-isem: "Sacro Convento" li kellu jkunCaput et mater (ras u omm) ta' l-Ordni Frangiskan. 

Cert li l-bini tas-Sacro Convento ma sarx kollox f'daqqa u lanqas fl-istess zmien. Il-bini kompla jitkabbar bil-mod maz-zmien.  Fl-istess zminijiet kien qed isir ix-xoghol fuq il-misrah kemm ta' quddiem il-Bazilka ta' fuq u kemm f'dak ta' isfel. Fl-1446 sar it-tarag li jghaqqad iz-zewg pjazzez.  Saru wkoll il-hnejjiet li taw l-appogg kemm ghal-pjazza ta' isfel u kemm il-parti tal-kunvent li thares fuq il-pjanura. Fl-1470 id-dahla tal-kunvent, li fil-bidu kienet fuq in-naha  tal-bosk, jigifieri n-naha l-ohra tal-Bazilka, ngiebet fuq in-naha ta' quddiem fejn kien qed jinbena n-novizzjat u dormitorju. Fuq dawn aktar tard inbnew l-infermerija ghall-patrijiet morda u xjuh u nbena sular iehor fuq bi kmarmar ghal-vizitaturi mportanti. L-oratorju ta' San Bernardino, fid-dahla tal-Kunvent, kien qed jinbena fl-1459. Illum dan l-oratorju qed iservi bhala ufficcju ta' Informazzjoni ghall-Pellegrini.  Tul is-snin sar tibdil kbir fil-bini, xi partijiet gew mibdula ghal kollox u partijiet ohra gew mizjuda specjalment fuq in-naha li thares lejn Perugia. 

 

PORTICATO

Ir-refettorju l-kbir nbena fil-1495 u ftit wara nbena wkoll l-Porticato. Dan il-Porticato huwa bla dubbju post uniku mhux biss fis-Sacro Convento imma fil-belt ta' Assisi kollha kemm hi. Dan il-Porticato huwa xi haga li jsahhrek bhalma ssahhrek il-veduta li tara minnu.  Il-panorama li tara minn fuqu tinfirex minn Parugia, Collestrada, Bastia, fuq ix-xellug tul il-pjanuta kollha ta' Assisi ghal Cannara, Spello, u Foligno fuq il-lemin.  Nisthajlu loghba ritmika ta' arkati u hnejjiet. Erbatax il-hnejja bi stil romaniku iharsu ' barra u b'daqstant numru iehor ta' arkati gotiku fuq gewwa wahda wara l-ohra.  Kollha b'gebel abjad u roza mis-Subasio.  Il-lewn abjad jistiednek tiftakar fis-safa u r-roza jistiednek tiftakar fil-ferh, l-armonija ta' kuluri u ta' l-arkitettura jhajruk tingabar u tfahhar 'l Alla l-hin kollu tal-gurnata. l-aktar fil-hmura tal-filghaxija hija u niezla ix-xemx.

 

CHIOSTRO DI SISTO IV

Fejn illum hemm il-Kjostru ta' Sistu IV  kien hemm bitha bi gnien b'funtana fiha. Dan l-ahhar fil-fatt insabu l-pedamenti ta' din fil-funtana. Bil-mod inbena madwar il-gnien u saret l-ewwel logga tal-kjostru. Aktar tard fl-1475 saret it-tieni logga fil-parti ta' fuq tal-Kjostru. Kien il-Papa Sistu IV stess li ried li jinbena dan il-Kjostru.  Sistu IV qabel lahaq Papa kien patri Frangiskan Konventwal bl-isem ta' Fra Francisco della Rovere.  Il-hitan ta' dan il-kjostru gew imsebha b'affeski mill-hajja ta' San Frangisk impittra minn Dono Doni u ibnu Lorenzo wara decizjoni mehuda f'Kapitlu f'Mejju 1564. 

 

Illum f'nofs dan il-Kjostru hemm herza ta' bir, izda fil-fatt dan il-bir ma jintuzahx aktar ghall-ilma.  Waqt ix-xoghol li sar ricenti wara it-terrimot ta' 1997 dak li kien bir inbidel f'sagristija li tinfed b'passagg ghall-Kripta fejn hemm il-qabar ta' San Frangisk. Minn-naha t'isfel tal-kjostru tista' tidhol fil-parti privata tal-kunvent li taghti ghan-naha ta' fejn hemm kjostru iehor, dak maghruf bhala il-Chiostro dell'Immacolata u fejn hemm ir-refettorju.  Minn dahla ohra tal-kjostru ta' Sistu IV tista tidhol ghall-Bibljoteka u ghal fejn illum hemm l-Istituto Teologico Francescano.  Fuq in-naha tal-lemin tal-kjostru hemm is-Sala Romanica, li llum isservi bhala centru ghall-konferenzi u laqghat.   Hemm ukoll dahla ohra li taghti ghall-kmamar fejn kien jghix San Guzepp ta' Copertino fi zmien li ghex fis-Sacro Convento.

Fuq it-tieni livel tal-kjostru hemm terrazzin li tista tasal ghalih mit-turgien li hemm fiz-zewg transetti tal-Basilka nferjuri. F'dan it-terrazzin hemm id-dhul kemm ghall-hanut tas-Souvenirs u kemm ghal Museo.  Mill-bieb li hemm fuq in-naha l-ohra hemm id-dhul ghas-Salone Papale u ghall-appartamenti fejn hemm il-kmamar tal-Papa u tad-delegati li jigu mieghu.

 

MUSEO DEL TEZORO

Il-Muzew jew kif inhu maghruf Museo del Tezoro tidhol ghalih mit-terrazzin fil-parti ta' fuq il-Kjostru ta' Sistu IV. Qieghed fis-sala maghrufa bhala Sala Gotica, sewwa sew fuq is-Sala Romanica u fuq il-Bibljoteka.  Qabel xejn ta min ighid li fil-verità l-kumpless tas-Sacro Convento biz-zewg Bazilki b'kollox huma fihom innfushom tezor. Cert li ma hemm tezor akbar mill-gisem ta' San Frangisk li qieghed fil-Kripta u li tul dawn l-ahhar tmien mitt sena gibed eluf ta' pellergrini ghonja u mhux mid-dinja kollha u nies ta' kull twemmin.  Hafna mill-ghonja li zaru lil San Frangisk bhalma ghamlu l-Magi fi zmien Kristu, giebu maghhom rigali biex joffruhom lil Qaddis.

Il-Muzew jigbor fih ghadd minn dawn ir-rigali li matul is-seklu gew offruti lil San Frangisk u li l-Patrijiet Frangiskani Konventwali hadu hsieb iharsuhom.  Fost dawn it-tezori fil-muzew hemm ghal wiri pitturi u skulturi, manuskritti u kotba, arazzi u ventaltari, relikwarji, kalcijiet, slaleb, klandieri, bandalori u oggetti sagri ohra.  Hemm tapezzariji li huma antiki aktar minn dawk li ghandna Malta f'San Gwann il-Belt.  l-arazzi li hawn fil-muzew huma rigal tal-Papa Sistu IV f'1479 bhal ma wkoll hu l-ventaltar f'1472.  Hemm il-Kalci moghti mill-Papa Nikola IV fl-1294.  Insibu pittura taz-zejt fuq l-injam li turi lil San Frangisk u erba` mirakli li sehhew wara mewtu, xoghol bejn wiehed u iehor ta' 1265 u 1275. Hemm ukoll Kurcifiss fuq l-injam maghruf bhala Il-Kurcifiss il-Blu, xoghol tat-tieni nofs tas-seklu XIII. Hemm wkoll statwa fina ta' l-avorju tal-Madonna bit-tfajjel Gesu, xoghol gotiku franciz ta' l-ahhar tas-seklu XIII. 

 

PERKINS COLLECTION

Fil-Muzew hemm parti msejha Il-Perkins' Collection.  Hija gabra ta' opri mhollija lis-Sacro Convento minn certu Fredrick Mason Perkins.  Perkins kien professur amerikan ta' l-istorja ta' l-arti li qatta` snin kbar f'Assisi jistudju l-affreski tal-bazilki ta' fuq u ta' isfel.  Fil-fatt  permezz ta' san Frangisk ikkonverta u tghammed u ha l-isem ta' "Francis", ghal qaddis li tant habb.  Wara li miet fl-1955 halla l-kollezzjoni privata li kellu lill-Kunvent.  Il-Kollezzjoni Perkins fiha 57 bicca, opri ta' artisti maghrufa kbar bhal Lorenzetti u Fra Angelico u ohrajn inqas maghrufa ta bejn is-seklu XIV u XVI.  Xogholijiet gejjin minn Firenze, Siena, Venezja u mkejjen ohra.  Fost dawn l-opri hemm it-Trittiku tal-Madonna bil-bambin fin-nofs u bil flagellazzjoni ta' Gesu u San Gwann Battista fil-gnub, xoghol ta' Francesco di Gewntile tas-selku XV-XVI.  Hemm ukoll pittura ta' san Bernardino ta' Siena libes tonka griza, il-kulur originali tal-libsa frangiskana.

 

BIBLIOTECA

Fit-tarf fir-rokna tax-xellug tal-parti l'isfel tal-Kjostru hemm bieb li jwassal ghall-Biblijoteka. Din il-Biblijoteka tigbor fih aktar minn 80 elf volum. Fost dawn il-kotba l-aktar ta' valur huma l-gabra ta' aktar minn elef manuskritt, il-356 incunaboli, it-3500 dokument ta' 1500 u 5000 manuskritt muzikali, whud b'edizzjoni antiki u rari.  Il-patrijiet tal-Komunita` mill-bidu nett kienu jigbru l-kotba ghall-istudji taghhom.  Bejn il-1300 u 1400 il-Biblijoteka tas-Sacro Convento kienet fost l-aktar maghrufa u mportanti ta' l-Ewropa flimkien ma' dawk ta' Sorbona f'Parigi u dik papali ta' Avignone.  Attwalment il-librerija tikkura b'mod specjali il-kamp tal-Frangiskanizmu, u dawk tal-teologija, muzika u storja ta' l-arti.

 

Għafas fuq l-istampa għar-riflessjoni

fuq il-Vangelu tal-Ħadd 

 

 

 

 

  

Contatti

Animatur Vokazzjonali 79306338
hidmasejhafrangiskana@gmail.com