San Damiano

Is-Santwarju ta’ San Damiano jinsab barra mill-hitan tal-belt. Din il-knisja ckejkna mibnija bejn is-seklu VIII u IX fuq stil romanesk tal-bidu kienet dedikata lil qaddis Damjan. Jinghad li ma genb il-knisja kien hemm post biex jilqa' fih il-pellegrini fi triqthom lejn Ruma.

Dan il-post ghandu marbuta mieghu ghadd ta’ grajjiet frangiskani.  Kien hawn f’San Damjan li z-zaghzagh Frangisku kien jinqata’ ghalih wahdu biex jingabar fit-talb.  Kien f’dan ilpost li Frangisk talab bl-aktar hrara t-talba quddiem il-Kurcifiss: “O Alla, l-aktar Gholi u Glorjuz, dawwal id-dlamijiet ta’ qalbi u sawwab fija fidi vera, tama certa u mhabba perfetta. Aghtini, Mulej ghaqal u gherf biex nwettaq tassew ir-rieda mqaddsa tieghek”.

Il-Mulej wiegeb it-talb ta’ Frangisku. Kien f’din il-knisja ckejkna li fl-1206 il-Kurcifiss kellem u stieden liz-zaghzugh: Mur, Frangisku u sewwi il-knisja tieghi…”.  Frangisku xammar u ntefa` jsewwi b’imhabba u herqa liema bhalha dik il-knisja nofsha qed taqa'.  Fil-Knisja wiehed jista’ jara t-tieqa li fuq il-hogor taghha Frangisku kien waddab il-flus li qala` mill-bejgh tal-hwejjeg li kien ha mill-hanut ta’ missieru. Ghad hemm ukoll ir-rokna fejn iz-zaghzugh ghamel xahar mistohbi mill-qilla ta’ missieru. Kien hawn li Frangisku lejn tmiem ta’ hajtu kiteb l-ghanja tal-Holqien.

Dan il-post mhux tant snin wara kellu jkun l-ewwel monsateru ta’ Santa Chiara u l-ahwa Klarissi bejn 1211-1260. F’dan il-post insibu sallum il-postijiet fejn Santa Chiara u huta Agnes u Beatrice, flimkien ma ommhom Ortolana u ghadd ta’ xebbiet ohra ghexu hajja mohbi ta’ cahda u faqar. Insibu il-kor ckejken fejn il-klarissi kienu jingabru ghat-talb, it-tieqa zghira bi grada tal-hadid li minnha Chiara u sorijiet kienu jircievi l-Ewkaristija. Kien minn din it-tieqa li Chiara u l-ahwa sellmu ghall-ahhar darba l-gisem mejjet ta’ qaddis Frangisku meta kienu qed igorruh lejn il-knisja ta’ San Giorgio nhar 4 ta’ Ottubru 1226.  Insibu wkoll id-dormitorju fejn l-ahwa fejn kienu jorqdu u fejn mietet il-Qaddisa fil-11 ta’ Awissu 1253. Wiehed ghad jista jara l-post fejn kienu jieklu s-sorijiet, l-kjostru u l-gnien ckejken. Jidher ukoll il-bieb minfejn Chiara harget bl-Ewkaristija f’idejha biex tehles il-mostansteru u lil belt mill-qilla tal-Infidili li ppruvaw jahbtu ghall-Belt ta’ Assisi f’Settembru 1240.

Wara l-mewt ta’ Santa Chiara l-klarissi cedew il-post ta' San Damjan u marru jghixu qrib il-Knisja ta’ San Giorgio fejn kien midfun il-gisem tal-qaddisa u fejn ftit wara nbena il-Protomonasteru u l- Bazilika ta' Santa Chiara. Meta s-sorijiet ta' Santa Chiara hallew dan il-post hadu maghhom l-Kurcifiss originali li kellem lil San Frangisk. Illum fil-knisja ta' San Damiano hemm kopja ta' dan il-Kurcifiss. Wara li telqu is-sorijiet San Damiano nghata lill-patrijiet Minuri Osservanti.

 

Għafas fuq l-istampa għar-riflessjoni

fuq il-Vangelu tal-Ħadd 

 

 

 

 

  

Contatti

Animatur Vokazzjonali 79306338
hidmasejhafrangiskana@gmail.com