Santa Maria tal-Anġli

 

Porziuncola



Fil-pjanura taht il-belt ta’ Assisi hemm il-Basilka Patrijalkali ta’ Santa Maria degli Angeli mibnija bejn l-1569 u l-1679, li fiha tkennen il-kappella tal-Porziuncola. Dan kien il-post fejn Frangisku ingabar wara li telaq minn Rivotorto.  Cert dan il-post kien ghal qalb il-Fqajjar ta’ Assisi u nsibu ghadd ta’ grajjiet marbuta mieghu. F’dawn l-inhawi f’zmien il-qaddis kien hemm Knisja qadima u mitluqa ddedikata lil Madonna ta’ l-Angli. 

Frangisku kien jingabar hawn fis-snin bikrin tas-sejha tieghu. Kien hawn li ghex ma' l-ewwel patrijiet wara li ghamel xi zmien qasir f’Rivotorto u wara li gie minn Ruma fl-1209 bil-barka tal-Papa biex jghix il-Vangelu fl-ubbidjenza, fil-faqar, bla xejn tieghu. Fil-fatt Frangisku talab lil-Patrijiet ta’ San Benedittu li kienu s-sidien ta’ dik l-porzjon art, biex jaghmel uzu minnha hu u hutu l-patrijiet. Il-patrijiet kienu jghixu f’gharejjex maghmula miz-zkuk qalb is-sigar.  Hawn San Frangisk kien ilaqqa` lil patrijiet ghall-Kaptilu Generali ta’ l-Ordni, fosthom dak li baqa’ l-aktar maghruf bhala il-Capitolo delle Stuoie, li fih hadu sehem madwar hamest elef patri.  Kien f‘dan il-post li San Frangisk f’1216 kellu d-dehra u qala` minghand Kristu u Ommu Marija l-Indulgenza del Perdono, din giet approvata mill-Papa Onorju III.  Il-festa tal-Mahfra ghadha tigi ccelebrata kull sena fit-2 ta’ Awissu.  Hemm ghadd ta’ grajjiet ohra li sehhew hawn, izda wiehed ma jistax ma jsemmix li kien f’dan il-post li l-qaddis iltaqa' ma' ohtu il-Mewt fin-nzul ix-xemx nhar is-Sibt 3 ta’ Ottubru 1226.

 

Illum din il-kappella ghaziza tinsab gol-bazilka rinaxximentali mibnija bejn l-1569-1679.  Il-faccata ghanha portiku bi tlett bibien u b’logga fin-nofs. Fuq nett ghanda statwa tal-Madonna tal-bronz lewn id-deheb. Ghandha koppla li tiddomina fuqha.  Fuq wara n-naha tal-lemin ghandha kampnar ckejken.  Gewwa l-Bazilka hija forma ta’ salib bi tlett navati b’ghadd ta’ kappelli zghar fil-gnub, b’zewg transetti qosra u apside fonda gejja ghan-nofs tond. Jispikka t-tizjin fi stil barokk li jzejjen il-kappelli.  

 

Il-kappella tal-Porziuncola, li ghandha stil tant differenti u aktar semplici tinsab sewwa sew taht il-koppla.  Il-kappella hija fic-centru tal-bini kollu sewwa sew taht il-koppla.  Ftit ‘l boghod fuq in-naha tal-lemin hemm il-Cappella del Transito, il-post fejn miet il-qaddis.   Hdejn il-bazilka hemm il-kunvent tal-Patrijiet Minuri li jiehdu hsieb dan is-santwarju qaddis.

 

 

 

Għafas fuq l-istampa għar-riflessjoni

fuq il-Vangelu tal-Ħadd 

 

 

 

 

  

Contatti

Animatur Vokazzjonali 79306338
hidmasejhafrangiskana@gmail.com